Case number | CAC-ADREU-008539 |
---|---|
Time of filing | 2023-10-13 10:08:39 |
Domain names | starinteriors.eu |
Case administrator
Organization | Iveta Špiclová (Czech Arbitration Court) (Case admin) |
---|
Complainant
Name | Pavle Milovanovic |
---|
Respondent
Name | Dragan Miculovic |
---|
Not applicable / Ma japplikax
Jeżisti d-dominju www.starinteriors.eu li għadu aċċessibbli u li jidher li jintuża biex jippromwovi is-servizzi ta’ kumpanija li tagħmel xoghol ta’ “turnkey contracting”, “interior design” u “final finishing” f’Malta. Mill-evidenza ippreżentata jidher li tilwima bejn l-azzjonisti f’din il-kumpanija ġiet riżolta permezz ta’ xiri tal-ishma tar-Rispondent Dragan Miculovic fl-istess kumpanija mill-Lmentatur Pavle Miolvanovic.
L-ilmentatur iddikjara u ppreżenta evidenza dokumentarja li xtara l-ishma tal –kumpanija Star Interiors Limited, kumpanija irreġistrata Malta bin-numru C-86406 u dan permezz ta’ kuntratt magħmul fil-preżenza tal-Avukat Gianfranco Gauci, Birkirkara, Malta, nhar it-tmintax ta’ Mejju 2023 bejn l-ilmentatur Pavle Milovanovic u r-Rispondent Dragan Miculovic. Gie ippreżentat ukoll dokument separat li jġib l-istess data tat-tmintax ta' Mejju 2023 izda li mhux iffirmat u li ma jidhirx li jaghmel parti formali mill-istess kuntratt, iżda li ghandu sura ta’ rċevuta mogħtija mill-Lmentatur Pavle Milovanovic lir-Rispondent Dragan Miculovic u li tinkludi espliċitament id-dominju www.starinteriors.eu. L-ilmentatur qiegħed jgħid li l-assi diġitali kienu inklużi meta xtara l-ishma fil-kumpanija Star Interiors Limited.
.
ir-Rispondent naqas milli jibgħat risposta u dan minkejja li gie mfakkar.
Teżisti ftit ambigwita’ jekk it-trasferiment tad-drittijiet fuq’ l’ishma kienx jinkludi wkoll l-assi kollha tal-kumpanija inkluż dawk diġitali msemmija espliċitament fl-irċevuta mhux iffirmata annessa bħala parti mill-evidenza, iżda fl-assenza ta’ kontroprova, hu verosimili li wara li ffirmaw kuntratt magħmul quddiem l-Avukat Gianfranco Gauci, il-partijiet marru lura fl-uffiċċju tal-kumpanija Star Interiors fejn ghamlu trasferiment ta’ xoghol u assi li kienu jinkludu l-assi diġitali imsemmija fl-istess irċevuta.
Deċiżjoni tal-Panel fil-każ CAC-ADREU-008539
Rat ir-rikors tal-ilmentatur.
Rat li r-Rispondent naqas milli jibgħat risposta u għaldaqstant ma jidherx li qiegħed jikkuntesta l-evidenza ippreżentata mill-ilmentatur.
Ghaldaqstant, in vista tal-provvedimenti applikabbli u speċjalment
The transfer or revocation of the disputed .eu domain name may be ordered if the following requirements stipulated by article 4 of EU Regulation 2019/517 are met:
The name is identical or confusingly similar to a name in respect of which a right is established by Union or national law, and where it:
(a) has been registered by its holder without rights or legitimate interest in the name; or
(b) has been registered or is being used in bad faith.
U jidher li huwa probabbli li l-lmentatur akkwista d-drittijiet fuq id-dominju www starinteriors.eu permezz tal-kuntratt tat-tmintax ta’ Mejju 2023, jordna li dan id-domijnu jiġi trasferit lill-ilmentatur Pavle Milovanovic.
----------------------------------------- English summary -------------------------------------
For all the foregoing reasons, in accordance with Paragraphs B12 (b) and (c) of the Rules, the Panel orders that
the domain name <starinteriors.eu> be transferred to the Complainant
PANELISTS
Name | Joseph Cannataci |
---|